Description
1500 xrara għall-kitba fil-livell sekondarju u f’dak postsekondarju
Il-punt tat-tluq fil-kitba ħafna drabi jinsab fis-suġġett jew f’dik it-tema li bħal xrara tixgħel, tqanqal u tixpruna l-interess tal-kittieba.
Dan il-ktieb fih aktar minn 1500 titlu u spunt għall-kitba adattata għal-livell sekondarju u postsekondarju. Dawn it-titli u l-ispunti għall-kitba maqsumin f’erba kategoriji ewlenin – narrazzjoni, deskrizzjoni, espozizzjoni u argumentazzjoni – u jmissu firxa wiesgħa ta’ suġġetti. Barra minn hekk qed ikunu ppreżentati 30 idea ġenerattiva biex l-għalliema jkunu jistgħu joħolqu t-titli u l-ispunti għall-kitba tagħhom.
L-appendici fih: ġabra ta’ ġeneri differenti tal-kitba; daħla għal organizzaturi grafiċi; u fl-aħħar skema biex l-għalliema jorganizzaw x’titli u xi spunti qed ikunu assenjati lil klassijiet differenti.
Dan il-ktieb għandu jġib żiffa ġdida u friska fil-klassi tal-kitba.
Terence Portelli hu lekċerer tal-Pedagoġija tal-Malti fil-Fakulta’ tal-Edukazzjoni, l-Universita ta’ Malta.

