Ġew L-Għasafar Jgħiduli

Gabra ta' Titli u xi Spunti ghall-Kitba fil-livell Primarju

978-99932-742-1-6
Paperback

In stock

Description

Ġew l-Għasafar Jgħiduli hija ġabra ta’ titli u xi spunti għall-kitba fil-livell primarju.

Fil-qofol tiegħu, dan il-ktieb fih aktar minn 1000 titlu u spunt għall-kitba, maqsum f’24 tema popolari fil-livell primarju. B’hekk, it-tfal ikollhom l-opportunita li jiktbu fuq dak li jafu u jinteressahom mill-viċin, u, ġieli b’għajnuna, jimirħu u jesploraw dak li hu ġdid, mhux tas-soltu jew kreattiv.

Għall-għalliema dan il-ktieb fih ukoll:

  • Informazzjoni konċiża u aġġornata dwar il-proċess tal-kitba
  • Introduzzjoni sempliċi għal varjeta ta’ organiżżaturi grafiċi
  • Formoli biex jiddokumentaw b’ħeffa dak li jsir fil-lezzjoni tal-kitba

Dawn l-ideat friski għandhom jgħinu lill-għalliema jiskopru mill-ġdid il-gost tat-tagħlim tal-ħila tal-kitba, mill-bidu nett, minn dik ix-xrara ewlenija.

B’hekk, l-istudenti jgawdu huma wkoll minn dan in-nifs kreattiv u innovattiv li pass wara pass jgħinhom isiru kittieba.

Terence Portelli hu lekċerer tal-Pedagoġija tal-Malti fil-Fakulta tal-Edukazzjoni, l-Universita ta’ Malta.

Additional information

Weight 270.0000 g
Dimensions 24 × 17 cm
Publisher
Pages 83
ISBN 978-99932-742-1-6
Cover
Year of publication

Product categories and tags

SKU: 9789993274216 Categories: