Description
50 mistoqsija u tweġiba għal ġenituri ta’ wlied LGBTIQ
Li tkun gay hija għażla?
Tort tagħna li t-tifla hi lesbjana?
Din marda li tista’ tfiq minnha?
Gay u trans l-istess ħaġa?
Kif se ngħidu lil tal-familja?
Min jaf x’se jgħidu n-nies!
Se jkolli nagħzel bejn ibni gay u l-Knisja?
Grupp ta’ ġenituri b’ulied gay jew trans li diġà ħabbtu wiċċhom ma’ mistoqsijiet bħal dawn jagħtu t-tweġiba tagħhom. Tweġiba mhux mill-kotba biss imma mill-esperjenza, it-taqbidiet u l-uġigħat li ġarrbu, kif ukoll mill-kisbiet u l-iskoperti li għamlu. Jixtiquk tiskopri int ukoll verità kbira: li din l-esperjenza, anki jekk fil-bidu tixxukkjak, tista’ tkabbrek bħala persuna u bħala ġenitur, u tgħallmek x’jiġifieri tħobb lil uliedek bla kundizzjoni. U għal min jemmen tista’ tkun ukoll mument ta’ grazzja li ssaħħek u tkabbrek fil-fidi.
Tiskopri li … uliedna huma tabilħaqq rigal!
Also available in English HERE