Tqanqil

18+

9789993297734
Paperback

In stock

Description

Dora kienet għadha tħares issummata lejh, u t-tifla beżgħet minnu u trekknet ma’ djul ommha. Alla tal-ħniena! Kif kien inbidel. Wiċċu kien abjad karti, għajnejh fil-ħofra; xagħru kien għadu folt u sabiħ, iżda kollu mnaqqax bl-abjad. Kien sar għadma u ġilda; hekk magħlub li l-flokk taċ-ċingi u x-shorts qasir li kien liebes kienu jidhru mlaħilħin u mdendlin miegħu. U leħnu kien maħnuq u dgħajjef.

Ħareġ idu biex jieħu b’tagħha, u tathielu. Idu, minkejja s-sħana, kienet tinħass iebsa, mreigħda u kiesħa silġ. Nina kienet qaltilha sewwa: Frans kien marid serjament. Tħassritu. Telqilha idha u dar lejn it-tifla: 

“Din tiegħek?” staqsiha, dejjem b’leħen maħnuq.

“Iva,” weġbitu Dora, b’qalbha trid tinqasam. Kemm xtaqet tgħidlu: “U tiegħek ukoll!” Ħasset id-dmugħ ifur f’għajnejha u kkontrollat ruħha.

Additional information

Weight 280.0000 g
Dimensions 21 × 14.8 cm
Publisher
Pages 160
ISBN 9789993297734
Cover
Year of publication

Product categories and tags

SKU: 9789993297734 Categories: