Fil-Mergħat tal-Impossibbli

John A. Bonello
978999091467-2
Paperback

In stock

Description

It-tlettax ta’ Mejju 2082.  Steve sab ruħu fi Trafalgar Square, Londra, bil-monument ta’ Nelson warajh.  Ftakar fil-kliem li kien għadu kif qallu l-Bambu.  Sejjaħlu ‘Serafin’, wieħed minn ftit nies maħluqin sabiex jgħassu fuq il-ġejjieni tar-razza umana, xogħolhom jiġru Fil-Mergħat tal-Impossibbli u jiddrittaq l-imgħawweġ ta’ ħaddieħor.  Sakemm xi darba jkun kollox dritt.  Hekk kif kien ippjanat fil-bidu.  Imma Steve ma jridx din ir-responsabbiltà.  Mitluf fiż-żmien, mibluh u beżgħan minn dak li qed jiġri madwaru, megħjun mill-aktar gwida improbabbli, Steve jagħmel minn kollox biex isib mezz kif itemm dak il-ħmar il-lejl u jmur lura għall-ħajja li jaf.  Qabel ikun tard wisq.

L-ewwel ktieb mis-sensiela Unus Mundus

Additional information

Weight 360.0000 g
Dimensions 19.7 × 13.0 cm
Pages 320
ISBN 978999091467-2
Format Paperback
Year of publication 2013
Author

Product categories and tags

SKU: 9789990914672

You may also like…