Tinsiex Pvblivs! Tinsiex!

99932-39-69-0
Paperback

Out of stock

Join the waitlist to be emailed when this product becomes available

Description

Dan hu rumanz storiku: mhux biss fis-sens li huwa ambjentat f’perijodu storiku, iżda għaliex barra milli jirrakkonta ġrajjiet, veri u immaġinarji, jinterpreta d-dinja ta’ l-imgħoddi u b’mod partikulari il-gżejjer tagħna ta’ żmien il-miġja ta’ San Pawl, f’termini tal-lum. Il-kelma termini tinkludi mhux biss ilsienna kif inhu fil-preżent, u kif inhu mitkellem bħala djalett fil-inħawi tar-Rabat, iżda wkoll il-konċetti komuni tal-maltin tal-millenju l-ġdid. Missirijietna ta’ elfejn sena ilu kellhom ħafna mill-karattru li għandna llum. Bħas-soltu Kilin jikteb malti mexxej, għani fil-vokabularju, għaliex kolt u popolari fl-istess ħin. Waqt li jivvinta l-personaġġi u l-inċidenti, huwa fidil fir-rikostruzzjoni storika u joħroġ kuntrast bejn il-metnalità pagana, senswali u materjalista, u dik ta’ San Pawl u l-insara l-oħra mimlija maħfra u mħabba. Il-karattru mbagħad ta’ Publius joffri l-kontinwità: għaliex ir-rumanz jurih jistaqsi fuq it-tifsira tal-ħajja tal-bniedem bħala żagħżugħ pagan jistudja l-filosofija f’Ateni u jisġiċċa bih imqiegħed isqof tagħna jgħallem it-tifsira tad-destin tal-bniedem kif ħadha mingħand Pawlu.

Ma huwiex rumanz tqil, għalkemm għandu tagħlim profond: jinqara bi pjaċir, anzi tiggustah. Huwa fost l-aħjar xogħlijiet ta’ Kilin. President Emeritu, Dr. Ugo Mifsud Bonnici

Additional information

Weight 520.0000 g
Dimensions 20.5 × 13.5 cm
Publisher
Pages 430
ISBN 99932-39-69-0
Format Paperback
Year of publication 2003

Product categories and tags

SKU: 9789993239697