Terramaxka 6

taħriġ fit-taħdit u s-smigħ

Clare Azzopardi
9789990913927
Paperback

Description

Dan il-ktieb se jgħinek ittejjeb il-ħiliet tat-taħdit u s-smigħ. Fih se ssib 20 podcast u ma’ kull wieħed hemm marbuta eżerċizzji sempliċi u differenti li jgħinuk tifhem iktar dak li tkun smajt. Is-siltiet huma kollha siltiet differenti. Uħud minnhom meħuda minn sitwazzjonijiet komuni li nistgħu niltaqgħu magħhom kuljum. Ftit minnhom huma stejjer minn kotba u oħrajn huma stejjer mhux fittizji. Għandek issib ukoll xi rapport tat-temp, programm fuq ir-radju jew fuq it-televixin u xi diskussjonijiet.
Apparti l-podcasts u l-mistoqsijiet marbuta magħhom, għandek issib ukoll sett ta’ stampi li jgħinuk biex titħaddet ma’ sħabek, mal-għalliema jew mal-ġenituri. Kull taqsima tħarrġek kemm fis-smigħ kif ukoll fit-taħdit u l-istampi jgħinuk tistaqsi, tiddiskuti, tqabbel, tanalizza u toħloq storja. Fost l-eżerċizzji marbuta mal-ħila tas-smigħ għandek issib: Staqsi Int, Stampa dwar Tema, Stampa Storja, Qabbel żewġ Stampi, Stampa Weħedha.
Jekk inti fis-sitt sena tal-iskola primarja, dan il-ktieb huwa tajjeb għalik.

Additional information

Weight 260.0000 g
Dimensions 26.5 × 19.5 cm
Pages 64
ISBN 9789990913927
Format Paperback
Year of publication 2011
Note illustrazzjonijiet ta' Luca Cauchi, Nicole Diacono, Lisa Falzon
Language Maltese
Author
Publisher

Product categories and tags

You may also like…