Stilel fl-Istalel

Antoinette Borg
9789990919578
Paperback

Description

X’naqbad ngħidlek fuq dal-ktieb?

Jinten. Riħa ta’ żwiemel, ta’ ħrieqi, ta’ demel u ta’ ilma maħmuġ.

Imma jfuħ ukoll. Riħa tal-kampanja: fjuri, siġar, arja friska. Dħaħen xejn. Għax issa qegħdin l-Imġarr.

Tad-daħq. Għax dawn tal-familja Bonnici fihom tip. (U l-kittieba wkoll, trid iddaħħaq!)

Tal-biki. Għax dik ix-xena xokkanti li sabu ma’ wiċċhom Thomas u Chloe ma tistax tiddeskriviha mod ieħor.

Tal-biża’. Għax ma tistax ma tibżax, quddiem raġel ixejjer is-senter lejk … lest biex jispara!

Din hi l-istorja ta’ familja li minn belt tbaqbaq bin-nies tmur tgħix f’razzett taż-żwiemel fil-baħħ tal-kampanja. Però meta jaħrab żiemel, u l-aħwa Bonnici jsibu ruħhom f’razzett ta’ ħaddieħor, dak li jaraw ikexkixhom, u jindunaw li l-ħajja qalb l-għelieqi mhix trankwilla daqskemm immaġinaw …

Additional information

Weight 27019.9 g
Dimensions 19.9 × 12.9 cm
Author
Format Paperback
Language Maltese
Publisher
Year of publication 2021
Pages 218
ISBN 9789990919578

Product categories and tags

You may also like…