Stejjer mill-Għorfa

9789995799861
Paperback

Out of stock

Join the waitlist to be emailed when this product becomes available

Description

Wara li fl-1996 ħareġ l-ewwel ktieb Stejjer mill-Għorfa kelli ħafna talbiet biex nippubblika t-tieni ktieb bl-istess karattri, jiġifieri Ġanni s-Sagristan u l-“ħabib” tiegħu Fra Lipp, li kien jara x’jaqla’ biex jinbex u jinkwieta lil Ġanni. L-istejjer jiżvolġu f’raħal f’Malta viċin il-baħar.

Ir-raħal fejn iseħħu dawn il-ġrajjiet ma semmejtux għax jgħodd għal kull raħal f’Malta u f’Għawdex. Il-mod kif kienu jgħixu n-nies fi żmien Ġanni u l-Fra, bit-titotla fil-qalba tar-raħal, kienu kważi kollha l-istess u l-familji kienu kollha jsibuhom bil-laqam tagħhom.

In-nies tar-raħal Lawrence Gatt għex magħhom, jaf il-karatteristiċi tagħhom, sew it-tajba kemm id-dgħajfin. Jafhom sewwa u studjahom sewwa. Jagħti sal-inqas dettall: drawwiet, ilbies, ċajt, difetti u preġudizzji. Hawn l-awtur iħaddem tajjeb f’ħafna partijiet l-element folkloristiku.

Il-personaġġi li niltaqgħu magħhom huma tad-demm u l-laħam bħalna, meħudin mill-ħajja vera, personaġġi reali mpittra b’pinzellati naturali… Lawrence Gatt jaf iħaddem bis-sengħa biex jagħti ħajja u realtà lill-istorja.

– Ġużè Chetcuti

Additional information

Weight 310 g
Dimensions 19.5 × 12.5 cm
Author
Cover
Publisher
Year of publication
ISBN 9789995799861
Pages 288

Product categories and tags

SKU: 9789995799861 Categories: Tags: