Description
Josianne, tfajla li sa minn ċkunitha trabbiet mas-sorijiet għax la ommha u lanqas missierha ma kienu kapaċi jerfgħu r-responsabilitàtagħhom. Meta kibret, ħarġet mill-istitut biex tipprova tibni ħajja ġdida, iżda għall-bidu ħlief diżgwid ma sabitx. Sakemm jum minnhom f’ħajjitha feġġ Julian. Minn hemm tibda tara raġġ ta’ dawl u tħossha qisha qed tgħix f’ħolma. Iżda sfortunatament il-ħolma tagħha tisfaxxa fix-xejn meta jinqalgħu kumplikazzjonijiet mhux mistennija… fosthom id-droga.
Meta se tasal dik ix-xi ħaġa speċjali li Josianne tant kienet ilha tistenna…?