Id-Dar ta’ Ħdejn il-baħar

978-99957-806-8-5
Paperback

Out of stock

Join the waitlist to be emailed when this product becomes available

Description

F’din id-dar iseħħu inċidenti u stramberiji flimkien ma’ negozju ta’ drogi fejn fl-aħħar tal-ġrajja jsir ukoll ritwal ta’ maġija sewda. Wara dak li jseħħ f’wieħed minn dawn ir-ritwali u minħabba l-involviment ta’ nies prominenti fil-pajjiż, dak li seħħ jibqa’ konvenjentement mistur.

Il-ġrajja tibda billi ġurnalista żagħżugħ jidħol f’dik id-dar u jiltaqa’ ma’ wieħed anzjan. Dan jieħu lill-ġurnalist għand spettur tal-puluzija rtirat, li jkun involut biex jaqbad l-attivitajiet li jseħħu f’dik id-dar. Isir ftehim fejn l-ispettur jgħaddi lill-ġurnalist kopji ta’ fajls sħaħ li jkun ġab mid-Depot minn taħt. Il-ġurnalist jibda jikteb ġrajja b’ismijiet fittizzji biex wara jippubblikaha.

Matur il-ġrajja jispikkaw id-dgħufija, l-egoiżmu, il-verità, l-għira, il-mogħdrija, l-imħabba, l-emozzjoni, id-dominanza tal-karattri, il-maturità, id-droga u t-tiġrib tal-okkult. Il-vittmi jkunu biss dawk ta’ karattru dgħajjef u dawk li riedu jiddominaw fuq ħaddieħor waqt li r-rebbieħa huma dawk ta’ rieda soda u destinazzjoni ċara f’ħajjithom.

Additional information

Weight 490.0000 g
Dimensions 21 × 14.8 cm
Publisher
Pages 560
ISBN 978-99957-806-8-5
Cover
Year of publication
Author

Product categories and tags

SKU: 9789995780685 Categories: