Description
Illustrazzjonijiet ta’ José Luís Ocaña.
L-istorja tat-twelid ta’ Ġesù Bambin tafha wkoll ħmara ċkejkna, Sbejħa …
Nixtieq nirrakkuntalek l-istorja tiegħi! Żgur li se tieħu gost tisma’ kif mingħand bidwi kattiv, spiċċajt għand sid ġdid li kien jieħu ħsiebi u jkellimni bil-ħlewwa. Anki l-għarusa tiegħu kienet tiġi maġenbi biex toqgħod tfissidni magħha, u ġġibli xi bettieħa friska jew xi tuffieħa tfuħ … u tgħarraxli ħelu ħelu bejn widnejja.
Dan minbarra l-avventuri eċitanti u xi drabi anki perikolużi li għaddejt magħhom, mat-tarbija l-ġdida li kellhom f’nofs ta’ lejl xitwi, u anki mal-ħmar l-Imqarqaċ li veru kont inħobb … u li lili tant kien jarani Sbejħa!
Keyword: Milied , Christmas, Jesus