Description
Għabd il-Ħamid il-Fehri – Rumanz Storiku-Bijografiku
Maqlub mill-Għarbi minn Martin R. Zammit
Ix-xebba waqfet quddiem Sandōr. Huwa għolla l-velu minn fuq wiċċha, u ħares sew, għal darba darbtejn. Inħasad b’dak li ra. Dik il-mara ma kinitx Hanija, ix-xebba li kien ħabb, u li għaliha kien ġab fix-xejn kull rabta ma’ familtu u niesu. Qalilha:
“Int Hanija?”
“Iwa, jiena.”
“Le! Int Għarūsija, oħt Hanija, li knot tgħix m’ommok, meta Hanija kienet ma’ nannitha.”
“Sandōr, jiena l-mara li ratek b’għajnejn li edba mara ma ratek bihom. Inġbidt lejk, ħabbejtek u ħlomt bik, u sakemm indum ħajja, se nkun il-qaddejja tiegħek.”
“Jiena ma ħadx mara biex taqdini! Jiena żżewwiġt mara biex ngħix magħha u naqsam magħħa l-imħabba li wasslitni biex tlaqt lil familti u r-raħal tiegħi, biex ingawdu l-imħabba flimkien. Tbiegħed minni, qabel ma ntemm ħajtek issa stess.”