Samuraj

Frans Sammut
Paperback

Out of stock

Join the waitlist to be emailed when this product becomes available

Description

Il-ġrajja sseħħ fi tliet xhur ħorox fejn il-qilla tal-elementi tista’ titqabbel biss mal-qilla li toħroġ mill-ħabta ta’ bejn l-imgħoddi mnikket ta’ Samwel u li issa mwiegħer li jkollu jġarrbu b’kemm jista’ jsib sabar u sakemm iħalluh. L-imħabba li tgħaddi bejnu u bejn Żabbett, it-tfajla bla xorti li ħajjitha ntrabtet ma’ tiegħu, ftit li xejn issawwablu qalbu mill-hena. Iżda għallanqas tqanqlu biex iqum sewwa fuq tiegħu u jħabbrek ħalli jilhaq ma’ ‘mixjiet il-jum’.
Bis-seħer imherwel tagħha din l-imħabba tħajru jħares lejn wirt missirijietu u mill-fdalijiet imħarbta tiegħu jibni l-ġejjieni tagħhom it-tnejn.
Dan il-għan isir il-missjoni ħerqana ta’ ħajtu.
Iżda l-imġiba ta’ dawn iż-żewġ ħlejjaq ma taqbilx ma’ tal-bqija. U hemm min ma jistax iħalliha għaddejja bħallikieku m’hu qed jiġri xejn. Għax is-Sa Rożann ukoll għandha l-imgħoddi tagħha. Hi wkoll għandha l-ġlieda tagħha li bdiet għexieren ta’ snin ilu. U saret il-missjoni ta’ ħajjitha. Lanqas ir-Ragħaj tal-Erwieħ ma jista’ jħallihom mexjin għal rashom.
Għax iridu jew ma jridux jagħmlu sehem mill-merħla.
X’aktarx Xandru l-Poeta jifhimhom. Imma jaħasra, x’siwi għandu leħen fid-deżert għall-ġid tal-kotra?

Additional information

Weight 210.0000 g
Dimensions 19.5 × 12.0 cm
Pages 208
Format Paperback
Year of publication 1975
Author

Product categories and tags

SKU: 9789990911732