Rabtiet (Hardback)

9789995750459
Hardback

Only 2 left in stock

Description

Ir-rumanz il-ġdid tal-Perit Lawrence Gatt Rabtiet hu ġrajja ta’ familja bi tlett itfal. Rumanz mibni fuq rabtiet li jiżviluppaw fil- ħajja ta’ familja Maltija fejn il-missier, Wilfred, tiġih opportunità ta’ impjieg fi Brussell.
Rumanz li jiżviluppa b’pass mgħaġġel bit-tensjoni tiżdied ma’ kull kapitlu għaliex f’ċertu ċirkostanzi r-rabtiet kienu qed jitgħaqqdu aktar milli mistenni tant li l-għoqiedi bdew isiru aktar b’saħħithom.
Barra minn hekk xi rabtiet kienu jmorru kontra xulxin. It-tfal bdew jitfarfru. Jonathan plejer tal-futbol tajjeb ħafna. It-tfajliet imsaħħra warajh. Paula tibda l-kors tal-mediċina. Donald jistqarr ma’ ħutu r-rabtiet li kellu, iżda beda joqgħod lura milli jgħid lil ommu u lil missieru.
U meta tkellem magħhom, ommu ħallet ir-rabta li kellha miegħu. Fil-frattemp hi timrad u bla ma taf Donald joħloq rabta ġdida magħha.
U waqt li għaddej dan kollu? X’kien qed jagħmel Wilfred? L-aħħar rabta, f’sensiela ta’ rabtiet u għoqiedi li jżommuk fuq ix-xwiek u bla nifs, isseħħ fil-Wied tal-Isperanza, fil-Mosta.

Additional information

Weight 750.0000 g
Dimensions 22 x 15.5 cm
Publisher
Pages 482
ISBN 9789995750459
Cover
Year of publication

Product categories and tags

SKU: 9789995750459