Description
Óscar Romero kien Arċisqof ta’ San Salvador, il-belt kapitali ta’ wieħed mill-iżgħar stati fl-Amerika Ċentrali. Kien inqatel waqt li kien qed iqaddes f’Marzu 1980 minn skwadra tal-mewt tal-lemin wara li kien ilu tliet snin jikkundanna l-inġustizzji soċjali u l-vjolenza minn fuq il-pulptu u fuq ir-radju. Dak iż-żmien kien hemm għaddejja gwerra ċivili mill-aktar imdemmija fil-pajjiż li damet sejra tnax-il sena u ħalliet warajha 80,000 ruħ maqtula. Fl-Amerika Latina d-devozzjoni kbira lejn Romero wasslet biex ħafna bdew isejħulu “San Romero de América“. Iżda ħafna oħrajn madwar id-dinja kienu ħerqanin li jaraw lil Romero ddikjarat qaddis malajr kemm jista’ jkun. Din ix-xewqa nqatgħet fit-23 ta’ Mejju 2015 meta Papa Franġisku ddikjara lil Romero Beatu – sinjal b’saħħtu ta’ tama għall-foqra u għal dawk kollha li jaħdmu favur il-ġustizzja soċjali.
“L-Arċisqof Romero kien għalina dejjem mudell ta’ prudenza kif ukoll eżempju ta’ qlubija. Fil-mogħdija li nfetħet quddiemu biex jimxi fiha sakemm wasal fil-fażi aħħarija tal-impenn tiegħu, minkejja l-għaqal tal-pożizzjoni li ħa, huwa ma kienx mifhum dejjem. Iżda l-konvinzjonijiet tiegħu kienu dejjem l-istess, u l-intensità li biha emmen fis-sewwa kellha llum jew għada twasslu sal-patibolu. Il-kelma tiegħu, konvinta u ċara, elokwenti daqskemm sempliċi, dejjem għamlet ħoss u ħalliet effett. Il-mod kif huwa niseġ l-impenn politiku u t-twemmin reliġjuż huwa turija soda ta’ kif kellu jinstab l-ispirtu Nisrani f’sitwazzjoni kumplessa bħal din li persunaġġi bħal Romero sabu ruħhom fiha.”
– Oliver Firggieri