Pierre u Jean

9789995792688
Paperback

Description

Maqlub għall-Malti minn Joe Pulè

Pierre u Jean hu rumanz naturalist u psikoloġiku dwar ċirku intimu ta’ familja ta’ erbgħa min‑nies u żewġt iħbieb ewlenin. Hu studju dwar l‑għira, is‑suspetti u l‑imħabba f’dil‑familja u Maupassant ipinġi l‑passjonijiet qawwija li jiżbroffaw fiha bl‑akbar delikatezza u bl‑ogħla sengħa narrattiva.

Ir‑rumanz hu eżempju brillanti tal‑arti tiegħu bħala rakkontatur, f ’dak l‑istil pittoresk u vigoruż, fl‑istess ħin meqjus u sfumat, li jagħmluh wieħed mill‑akbar rumanzieri tal‑letteratura Franċiża tas‑seklu dsatax. Dan hu rumanz li jista’ u għandu jinqara diversi drabi biex jiġu apprezzati l‑implikazzjonijiet u l‑isfumaturi kollha tiegħu fil‑kuntest tal‑epoka li fiha nkiteb.

Guy de Maupassant (1850‑1893) twieled qrib Dieppe fin‑Normandija u matul ħajtu kollha kellu rabta profonda mal‑provinċja fejn twieled. Pierre u Jean (1888) li hu ġeneralment meqjus bħala l‑akbar rumanz tiegħu hu ambjentat f’ Le Havre, u waqt li jaqrah, wieħed iħossu l‑ħin kollu mdawwar bil‑ħsejjes, bix‑xeni u bl‑irwejjaħ ta’ port mimli attività.

 

Additional information

Weight 260 g
Dimensions 21.5 × 13.6 cm
Author ,
Cover
Language Maltese
Publisher
Year of publication
Pages 176
ISBN 9789995792688

Product categories and tags

You may also like…