Description
Il-qarrej jiltaqa’ wiċċ imb wiċċ ma’ aktar minn kittieb u poeta Malti, parti kbira minnhom għadhom jiktbu fil-preżent. Kif bdew jiktbu? Fejn għexu fl-imgħoddi, x’jiftakru minn dan, x’ħalla l-ikbar marka fuqhom, u fejn jgħixu llum? Min huma dawk il-kittieba li qed jiktbu lil hinn minn xtutna? Liema huma l-ħwejjeġ li jispirawhom biex jiktbu? X’jagħmlu bħala xogħol u kif jgħaddu l-ħin ħieles tagħhom? X’jaħsbu dwar kwistjonijiet kontemporanji partikolari? L-intervistatur fi djalogu informali mal-intervistat jikxef dan kollu.