Mill-Ġrajja Għall-Ballata

Charles Bezzina
9789918004584
Paperback

Description

‘F’dawn il-ballati pprovajt inkun frisk u oriġinali fit-tematika, billi lkoll jitrattaw traġedji, sfortuni, għajbien ta’ persuni mis-sisien, Għawdxin maqtula u mitfugħa fil-bjar u l-bqija; jiġifieri ġrajjiet kiebja dwar persuni li ma għexux biex jgħidu l-ġrajja, fl-aħħar sitt diċennji. Kif titlob il-ballata, irrelevanti jekk tkunx twila jew qasira, fihom hemm il-misterjożità, in-narrattiva bla konklużjoni, imħabbiet li sfaxxaw u li ġieli wasslu għal suwiċidju, li lkoll joħolqu sens ta’ stagħġib fil-qarrej … tant li ġġarrbu.

F’dawn il-ballati hemm it-tħaddim tan-Novenarju, id-dekasillabu u l-ottonarju, kif titlob is-sengħa tal-ballata, u bi ftit dettalji, għax inkella tiġi storja storika. B’hekk fihom hemm l-ingredjenti kollha li titlob ballata bir-ritornelli, u għall-ewwel darba f’pajjiżna fihom daħħalt, dik li l-Ingliżi jsejħulha ‘l-letteratura gotika’, b’ambjenti waħxin u mdallma. tempesti, maltempati, baħar selvaġġ, baħar ribell, baħar mgħaddab, baħar goff, baħar imqalla’, baħar imqareb, baħar ħarkien, baħar iswed u l-bqija … kif fil-fatt hemm fil-kotba fil-kitbiet ta’ Ann Redcliffe u Hermann Melville. Imbagħad is-sisien, l-irdumijiet waħxija tar-rumanzi ċelebri Wuthering Heights u ta’ Jane Eyre miktubin Emily to Charlotte Bronte rispettivament, u tant kittieba famużi oħrajn.’ – Charles Bezzina

Additional information

Weight 100 g
Dimensions 21 × 14.7 cm
Author
Format Paperback
Language Maltese
Publisher
Year of publication 2023
Pages 56
ISBN 9789918004584

Product categories and tags

SKU: 9789918004584

You may also like…