Description
Lenti fuq l-awtiżmu
Din l-istorja ta’ Mila (u anke Leo) tintroduċina għad-dinja ta’ tifla bl-awtiżmu. Darba waħda, Mila tieħu lil Leo l-iljun magħha l-iskola. X’jiġri meta s-Sur Stivala jagħtihom aħbar speċjali? U x’tagħmel Mila meta jkollha titla’ fuq il-palk?
Flimkien ma’ Miss Lorna, Wael u Martina, Mila trabbi kuraġġ ta’ ljun … u Leo jibqa’ magħha ta’ kuljum.
Illustrazzjonijiet ta’ Alice Samuel.








