Description
Nhar it-Tnejn, 10 ta’ Ġunju 1940 Benito Mussolini ddikjara li kien ingħaqad mal-Ġermanja ta’ Hitler kontra l-Alleati. Hekk Malta – dak iż-żmien parti mill-Imperu Ingliż – sabet ruħha fil-qalba tal-ġlied. U beda għaliha u għall-poplu tagħha żmien twil ta’ tbatija, dmugħ u demm.
F’din l-antoloġija ta’ tifkiriet ħamsin persuna minn oqsma, ambjenti u nħawi differenti tal-Gżejjer Maltin jagħtu l-esperjenzi personali tagħhom minn dak il-waqt li fuq Malta faqgħhet il-gwerra.