Marlene: Meta l-qalb tħobb

99909-0-309-3
Paperback

Out of stock - Join the waitlist to be emailed when this product becomes available

Description

Aktar ma wieħed jikber fl-eta’, aktar jibda jinħakem mill kalamita tan-nostalġija li tiġbdu lura lejn dawk is-snin meta moħħu beda jirreġistra l-esperjenzi ta’ ħajtu, kienu sbieħ jew koroħ.

Din hija ġrajja, b’element qawwi ta’ nostalġija fejn l-awtur jieħu ‘l-qarrej mit-trobbija u t-tfulija ta’ Pawlu –il-karattru ewlieni –għaż-żogħżija: iż-żmien ta’ l-istudji u ta’ l-imħabba, fejn tidħol it-tfajla –Marlene –li kien iħobb b’imħabba tal-ġenn u li miegħu ssir karattru ewlieni ieħor tar-rumanz.

Rari ssib triq ta’ l-imħabba mingħajr xewk! U Pawlu niggeż subgħajh ukoll, minkejja s-suċċessi li kellu fl-istudji tiegħu li wassluh biex laħaq Nutar u ftit wara, Avukat.

F’dan ir-rumanz jispikkaw ħafna l-valuri ta’ l-onesta’ u s-sinċerita’ li bis-saħħa tagħhom il-karattri ewlenin jirbħu kull għawġ li sabu fi triqithom.

Additional information

Weight 330.0000 g
Dimensions 21.0 x 14.5 cm
Publisher
Pages 254
ISBN 99909-0-309-3
Cover
Year of publication
Author

Product categories and tags

SKU: 9789990903096 Categories: