Description
Is-sett jinkludi:
- Malti aħjar bi sforzi żgħar
- Malti aħjar bi sforzi żgħar – Ktieb tat-Taħriġ
Malti aħjar bi sforzi żgħar (Noti)
Dan il-ktieb qiegħed imfassal apposta biex jgħinek ittejjeb il-livell tal-kitba tiegħek bil-Malti. Ktieb bi spjegazzjonijiet ċari, li jindirizzaw il-problemi fil-kitba li dawn iż-żewġ għalliema tal-Malti qed josservaw fil-kitbiet tal-istudenti tagħhom, f’kitbiet li jidhru f’gazzetti lokali, f’rivisti lokali u fuq it-televisjoni.
Fih jinkludi:
- Ħarsa lejn l-elementi li jsawru l-ilsien Malti;
- Suġġerimenti fuq kliem li dieħel mill-Ingliż;
- Pariri siewja kif tevita l-iżbalji l-aktar komuni;
- Tifsir fil-qosor ta’ xi termini grammatikali;
- Kitba aġġornata skont l-aħħar regolamenti tal-ortografija.
Malti aħjar bi sforzi żgħar – Ktieb tat-Taħriġ
Dan il-ktieb qiegħed imfassal apposta biex, permezz t’eżerċizzji varji fuq suġġetti speċifiċi u oħrajn ġenerali, inti titħarreġ f’aspetti differenti tal-grammatika Maltija, titgħallem ir-regolamenti l-ġodda tal-ortografija u b’hekk ittejjeb il-livell tal-kitba tiegħek bil-Malti. Fih jinkludi:
- Taħriġ speċifiku fuq aspetti differenti tal-lingwa Maltija;
- Taħriġ speċifiku fuq id-dokument Deċiżjonijiet 1li nħareġ mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti;
- 3 testijiet biex tiċċekkja l-livell tal-profiċjenza tiegħek fil-Malti;
- Eżerċizzji varji u logħob differenti fosthom snakes and ladders u tislibiet;
- Pariri konċiżi u mudelli ta’ kif tikteb: komponiment, ittra formali, ittra informali, ittra f’gazzetta, ittra elettronika, ċirkulari u memorandum (Memo).
- Sezzjoni bit-tweġibiet.