L-Oniċe taż-Żebbuġ

9789995704674
Paperback

In stock

Description

Ħu f’idejk u t’għaxxaq ………..

Jien noffrilek dan il-ktieb qasir bħala tifkira taż-żjara tiegħek lill-knisja ta’ Santa Marija taż-Żebbuġ, Għawdex.  Nittama li osservajt l-irħam prezzjuż oniċe li bih il-knisja hija miksija u li dan l-irħam instab fuq din l-għolja stess.  Fost l-oħrajn, wieħed jista’ jara l-ħafna disinni kull fejn iddawwar wiċċek.  Il-kulur tal-għasel jiddomina.  LħArtal Mejda huwa kapolavur tal-Artis u Skultur, is-Sur Ronald Pisani.  F’dan l-artal, ta’ min jinota d-disinn oriġinali u l-iskultura fina bid-dettal kollu tagħha.  Għandna wkoll xogħol mill-isbaħ fl-opri kollha li titlob il-liturġija ta’ żmienna madwar l-artal.  Ma hemmx bżonn ta’ ħafna tifsir dwar l-irħam għax ir-ritratti naħseb li huma biżżejjed.

Aħna xortina tajba li llum qed ingawdu dan l-irħam oniċe prezzjuż li tant kien faħħar il-kittieb tal-Istorja Għawdxija il-Kan. Ġann Piet F. Agius De Soldanis fil-ktieb tiegħu: “Għawdex bil-Ġrajja Tiegħu”, ftit inqas minn tlitt mitt sena ilu.

Jiena għandi fiduċja kbira li lkoll tapprezzaw dawn l-opri kbar maħduma minn dan l-oniċe sabiħ li tagħtina l-gżira Għawdxija.  Merħba lil kull min iżur ir-raħal żgħir taż-Żebbuġ u l-knisja tiegħu miksija bl-oniċe.

Dun Ġużepp C. Vella

8 ta’ Marzu 2013

Additional information

Weight 150.0000 g
Dimensions 20 × 20 cm
Pages 44
ISBN 9789995704674
Cover
Year of publication
Note written in both Maltese and English
Author

Product categories and tags

SKU: 9789995704674