L-Eku tal-Ħabbata: Novelli

9789918201518
Paperback

Description

Il-ħabbata li ttektek fil-qalb u fil-memorja timmarka t-territorju ta’ ruħ il-bniedem. It-tektika tqanqal it-tiġrib sabiħ ta’ min fittex il-kenn fil-kastell tal-imħabba, u sar parti minn storja intima. Għal oħrajn, il-bieb jibqa’ magħluq. L-imwarrab itektek fil-kuxjenza ta’ min jipprova jħassar l-imgħoddi. Bħalma jiġri f’dawn in-novelli li jeħduna fi vjaġġi diversi ma’ karattri tad-demm u l-laħam.

Nimxu ma’ nies li jġarrbu l-ferħ tal-imħabba. Jgħixu l-ilwien ta’ memorji sbieħ. Jew għandhom dmir ta’ gratitudni xi jwettqu. Ma’ oħrajn li daqu l-weġgħa. Il-ħabbata baqgħet ittektkilhom il-ħasda ta’ esperjenzi koroh, ta’ tiġrib ta’ abbuż sesswali fi tfulithom. Uħud li s-sliem iċċarrtilhom
mill-mard, mis-sens ta’ inutilità, minn imġiba faċċola, mid-dubji li jtanbru f’moħħhom. Hemm min issallab mill-waqtiet ta’ dgħufija, jew ta’ irresponsabbiltà, li skordawlu ħajtu.

L-eku tal-ħabbata baqa’ jidwi. B’mod sottili li jdoqq melodjuż. Jew b’taħbita qawwija u persistenti li tqanqal tħassib, beżgħat, tensjonijiet, frustrazzjonijiet, niket, u diqa.

L-istejjer iperrċu l-istess dinja tagħna. Il-ħabbata tista’ tixbah lil dik li tħabbat f’moħħna. Mal-gost tal-qari, in-novelli jmissu s-sensittività, jisfidaw il-ħsieb, u jħallu eku fina.

Additional information

Weight330 g
Dimensions21 × 13.5 cm
Author
Cover
LanguageMaltese
Publisher
Year of publication
Pages252
ISBN9789918201518

Product categories and tags

SKU: 9789918201518 Categories:

You may also like…