L-Aħħar Żifna u Stejjer oħra

Edgar Formosa
9789918204076
Paperback

In stock

Description

Imelda hija armla, xwejħa ħelwa, li l-aħħar snin ta’ ħajjitha marret tgħixhom f’dar tal-anzjani. Hemm tiftakar f’dak kollu li għaddiet minnu tul ħajjitha, l-iktar fil-waqtiet sbieħ li għaddiet ma’ żewġha Victor. F’lejl minnhom, kellha żjara … kienet qiegħda tistennieha din iż-żjara, jew le? X’kellha f’moħħha Imelda?

~

Jirnexxilhom Mapansha u l-barbaġann tal-widnejn
twal jingħaqdu flimkien fi mħabbithom, anke jekk isibu
għadd ta’ xkiel fil-ħajja tagħhom? X’inhu lest li jagħmel il-barbaġann
għal imħabbtu? L-imħabba tirbaħ dejjem?

~

James iħobbu wisq il-qamar, iħossu wisq miġbud lejh, u ma jafx
għaliex. Imma l-qamar huwa tabilħaqq il-qamar kif nafuh aħna?
U x’tifsira jista’ jkollha l-ħolma li kien qiegħed ikollu James;
ħolma li, ħaġa tal-iskantament, titkompla u tiżdied lejl wara lejl?

~

Tliet novelli li lkoll iħaddnu tema waħda – l-Imħabba –
l-Imħabba safja u pura. Ritmu mexxej, ħafif u delikat, tliet novelli
li se joħduk f’dinja għalkollox differenti minn dik li mdorrijin fiha …

Additional information

Weight 300 g
Dimensions 21 × 13.4 cm
Author
Format Paperback
Language Maltese
Publisher
Year of publication 2025
Pages 174
ISBN 9789918204076

Product categories and tags

SKU: 9789918204076

You may also like…