Description
Il-ħajja tintlagħab fuq skakkiera ta’ ċess fejn iċ-checkmate finali jitmexxa skont il-karattri. Għalhekk f’din il-ġrajja:
Min seraq il-pittura ta’ Paul Cézanne?
X’kienet tassew ir-relazzjoni bejn Patrick u Greta?
X’konnessjoni kien hemm bejn l-Ispettur u l-Avukata?
X’hemm stramb f’romantiċiżmu mhux normali?
X’kien is-sigriet f’ħidma klandestina u kriminali?
Kienet imħabba tassew jew biss infatwazzjoni?
X’effett ħalliet il-mewta traġika ta’ Jacob?
Min tabilħaqq għamel checkmate lil min?
Fost l-ambjent sabiħ ta’ bliet Ewropej iseħħu – il-qtigħ il-qalb, ir-romantiċiżmu, l-intriċċi, il-kriminalità, imma fuq kollox – it-tama. Dan kollu jinsab f’din il-ġrajja!






