Kif Dieb Il-Gemiem

Rakkonti dwar Kaċċa u Nsib mill-passat

978-99932-7-582-4
Paperback

Out of stock

Join the waitlist to be emailed when this product becomes available

Description

Konna qed nitkellmu fuq il-pases ta’ żmienu, meta Ġużepp bexxaq għajnejh, bħal meta xi ħadd irid iħares fit-tul, u b’diqa ta’ qalb kbira qalli: “Kif dieb il-gemiem!” Bħal ħafna li intervistajt għal dan il-ktieb, Ġużepp m’għadux magħna, imma kliemu spiċċa t-titlu ta’ dan il-ktieb. Kont għedtlu li hekk se nagħmel. “Hekk semmejh mela x’tagħmel, għax vieru dieb. Spuċċa. Ġie fix-xejn fi żmienna.” Bħal ħafna oħra, Ġużepp qalli li l-gamiem kien ilu jnaqqas u li missieru kien jgħid li nannuh kien jgħidlu: “Dun mhux gemeiem,” għax il-qtajjiet kienu ċkienu.

Dan il-ktieb inkiteb fuq medda twila ta’ snin u ridt niddokumenta aspett li kien parti essenzjali mill-ħajja soċjali Maltija ta’ dak iż-żmien. Kien żmien ieħor, żmien li ntilef, bħalma kienu jintilfu dawn ir-rakkonti kieku ma ġbarthomx.

Biex wieħed jgħid kollox dwar dak iż-żmien, kien ukoll żmien ċertu għaks, faqar u anke ġuħ. M’iniex se nidħol fl-argument dwar jekk konniex aħjar meta konna agħar. Li hu żgur hu li mhux il-gamiem biss naqas, imma anke l-għasafar naqsu ħafna wkoll. Bħalma dejjem qed jonqsu n-nies li jiftakru memorji bħal dawn. U appuntu għalhekk kien imprtanti li nagħmel ħilti li nikteb il-ġrajjiet li smajt, qabel ikomplu jonqsu n-nies li kienu lesti u kapaċi jirrakkontawhom.

Additional information

Weight850.0000 g
Dimensions24.0 × 17.0 cm
Publisher
Pages336
ISBN978-99932-7-582-4
Cover
Year of publication
NoteBl-Għajnuna tal-Malta Book Fund 2015

Product categories and tags

SKU: 9789993275824 Categories: