Description
Kevin kellu d-deni u ħadd ma mar jarah għax qisu kulħadd kellu x’jagħmel. Barra kienet nieżla x-xita u Kevin beda jittawwal ’il barra mit-tieqa biex jgħaddi ftit tal-ħin u għax kien iħobbha x-xita. F’ħin minnhom kien hemm tektika mal-ħġieġ … u fuq ħoġor it-tieqa kien hemm ħabiba ġdida biex tilgħab miegħu.