Kelma għal Kelma: Teżawru Tematiku Malti

9789990918496
Paperback

In stock

Description

L-ewwel teżawru tax-xorta tiegħu bil-Malti

Teżawru tematiku joffri vantaġġi kbar lil kull min ifittex fih. Vantaġġ ewlieni hu li l-kliem kollu marbut ma’ qasam partikolari jinsab qrib xulxin u mhux imxerred mal-erbat irjieħ tal-alfabett. Hekk jispikkaw aktar id-differenzi fit-tifsir, li xi drabi jistgħu jkunu sottili.

Bit-tqassim alfabetiku, kliem bħal ċaqċaq, għadma, sinsla, skeletru u qarquċa jkun imferrex taħt erba’ ittri differenti filwaqt li f’dan it-teżawru jinsab miġbur flimkien u għalhekk hemm probabbiltà akbar li l-fittiex isib dak li jkun qed ifittex.

Teżawru bħal dan huwa effettiv l-aktar għaliex iqegħedlek il-kliem fuq il-ponta ta’ lsienek, lest biex tużah. Mhux biss jgħin lil min irid jikkomunika jagħżel liema hi l-aktar kelma li tixraq fil-kuntest, iżda jiffaċilita wkoll il-proċess biex il-fittiex isib xi kelma li jeħtieġha u li għandu mnejn lanqas biss ikun jaf li teżisti.

It-Teżawru huwa mqassam f’dawn it-temi:

  • Il-familja u l-ħbieb
  • Il-ġisem u l-kura tiegħu
  • Id-deskrizzjoni fiżika
  • Id-deskrizzjoni tal-karattru
  • Is-sentimenti u l-emozzjonijiet
  • Il-fażijiet tal-ħajja

Madankollu min irid jista’ jfittex ukoll b’mod alfabetiku permezz tal-indiċi fit-tieni nofs tal-ktieb, u b’hekk ma tintilifx il-prattiċità li joffri l-alfabett.

Dan it-teżawru tematiku huwa għodda ġdida li għandu jkollu kull min għandu l-Malti għal qalbu u jfittex li jikkomunika tajjeb li lsienna, fosthom:

  • • l-istudenti f’livelli differenti li minbarra li jridu jkunu kapaċi jaqraw u jifhmu, huma mistennija jitħaddtu u jiktbu b’Malti tajjeb u idjomatiku;
  • • l-istudenti li ma jafux il-Malti imma jixtiequ jitgħallmu l-vokabolarju ta’ temi partikolari;
  • • il-ġenituri li jixtiequ jsaħħu l-vokabolarju tagħhom biex jgħinu lil uliedhom;
  • • l-għalliema li skont l-LFO għandhom jgħinu lill-istudenti jikkonsultaw f’teżawru;
  • • il-kittieba, it-tradutturi, ix-xandara, il-ġurnalisti u kull min juża l-Malti biex jikkomunika.

Ukoll, għall-ewwel darba fi ktieb Merlin, it-teżawru fih verżjoni online. Fil-ktieb stampat issibu kodiċi uniku li bih taċċessaw it-teżawru online. L-istruzzjonijiet kollha ssibuhom fil-ktieb stampat.

* Il-verżjoni online xogħol Kurt Ellul, u ġiet iffinanzjata mill-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu

Additional information

Weight 460 g
Dimensions 21 × 14.8 cm
Author
Cover
Publisher
Year of publication
ISBN 9789990918496
Pages 305

Product categories and tags

SKU: 9789990918496 Categories: Tags: