Description
Sensiela ta’ kotba ħelwin għat-tfal miktuba minn Clara Farrugia biex iqarrbuhom ma’ nies importanti fil-ħajja ta’ kuljum bħall-pustier, l-pumpier u l-pulizija. Dawn il-kotba saru bil-kollaborazzjoni tal-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu.
Katrina xtaqet tibgħat kartolina tal-Milied lill-ħabiba tagħha. Hija marret ma’ missierha biex jimpustawha. Ftit ġranet wara ġie jħabbat il-bieb il-pustier…







