Description
Kannibali Demkratiċi – Xena 3
Ministru: Il-pulitka hi l-arti tal-kompromess…. Imma jkolli ngħid li kemm ilni fil-partit intbaħt li fil-pulitka ta’ din is-soċjetà, il-kompromess hu don tat-telliefa; il-kompromess jagħmlu min hu bla sinsla. F’din il-pulitka tagħna, il-kompromess fih riħa tinten. Il-kuntrarju tal-kompromess, tafu x’inhu? . . . Hu l-fanatiżmu.








