Ix-Xwejjaħ tal-Ġugarelli u stejjer oħra

9789918200283
Paperback

In stock

Description

Ix-Xwejjaħ tal-Ġugarelli u stejjer oħra huwa l-ħames ġabra ta’ stejjer għat-tfal ta’ Patrick Sammut. Hawnhekk il-qarrejja jsibu 17-il storja ġdida li fl-imgħoddi l-awtur irrakkonta lil uliedu tard filgħaxija, u li wara għaddiehom minn proċess ta’ tirqim li għamilhom tajbin biex jinqraw miż-żgħar kif ukoll minn min ħalla warajh l-età tal-ħolm u l-innoċenza.

Mill-ġdid, hawnhekk insibu stejjer fejn għandna kemm bnedmin kif ukoll bhejjem differenti bħala protagonisti jew personaġġi. Huma stejjer li għandhom kemm mir-realtà ta’ kuljum, kif ukoll mill-ħolma, mill-ħrafa, mir-realiżmu maġiku, u mill-cartoons li spiss rajna fuq it-televiżjoni.

Additional information

Weight 130 g
Dimensions 20 × 13 cm
Author
Cover
Publisher
Year of publication
ISBN 9789918200283
Pages 106

Product categories and tags

SKU: 9789918200283 Categories: