Description
Stejjer qosra li jgħinuk titbissem ftit, oħrajn jissorprenduk, u forsi jġegħluk titħaseb ukoll, fosthom:
- L-erbat iħbieb waqfu ħa jaraw, għax ta’ quddiem kien se jitgerbeb f’xi ħaġa. Meta dak niżel għarkupptejh biex jara x’kienet, inħasdu waħda sew.
- Tliet affarijiet kelli komuni maz-ziju; waħda minnhom ma jafha ħadd.
- Min u għalfejn kien qed jibgħatli dawk l-inviloppi misterjużi kull ġimgħa?
- Xi jkun għaddej minn taħt waqt logħba karti bejn erbgħa kull nhar ta’ Sibt?
- L-okkażjoni biex niftaħ it-tielet kexxun damet biex ġietni. Meta ftaħtu, sibt dak li qatt ma stennejt.
- Iz-ziju kien ta kelma lil ommi li se jieħu ħsiebna hu, anki sal-mewt. U kelmtu żammha.
- Xi jkun dak iż-żaqżiq, taħbit u tisbit fl-appartament ta’ fuqna kważi kuljum billejl?
- Kont ili nixtieq dal-ktieb mindu ordnawlna ma naqrawhx. Imma kif se nakkwistah?
- Kif jista’ jkun filli ma jafx jieħu l-iċken deċiżjoni u f’daqqa waħda sar kapaċi jaqtagħhom f’radda ta’ salib?
- Inħsadt b’dak li rajt fir-ritratt, aktar u aktar meta dawwartu u qrajt il-kitba fuq wara.