It-Tfajjel li qasam geddumu u stejjer oħra

978-99932-7-518-3
Paperback

Out of stock

Join the waitlist to be emailed when this product becomes available

Description

In-novelli li hawn f’dan il-ktieb kważi kollha għandhom tfajjel jew tfajla bħala l-protagonisti tagħhom. It-tfal, meta joħorġu miż-żmien tat-tfulija u jidħlu fiż-żmien taż-żgħożija, jagħmlu kambjament mhux biss fiżiku iżda wkoll psikoloġiku u jibdew jaraw il-ħajja b’mod differenti ħafna: uħud minnhom jinfatmu mill-valuri li kienu mtellgħin fihom u donnhom ħabta u sabta jibdew jippretendu li jafu kollox; li ħadd m’għandu jindaħlilhom x’jagħmlu u x’ma jagħmlux; li kollox mhu xejn għalihom; il-kelma dnub donnha ma tibqax teżisti; jibdew jagħmluha mal-kumpanija; jidħlu f’ambjent fejn ikunu iktar dgħajfa li jiddakkru minn kriterji kuntrarji għal dawk li kienu mrobbijin fihom, mid-droga, mix-xorb, mis-sess, mill-vjolenza, mill-vandaliżmu; u oħrajn.

Din il-ġabra tinkludi 14-il novella fosthom: It-tfajjel li qasam geddumu; Att ġenwin ta’ ħniena; Il-par żarbun tal-pupi; Kellha tkun il-viżta; Inħaffu u nitolbu; Il-prietka tal-Milied tat-tifel; Luqa … mhux Luke; Ix-xufier tal-kowċ u ż-żewġ aħwa; Il-kelb u t-tlett itfal; Il-ġurdien li ma obdiex ’l ommu; Tifħir mistħoqq; Tifla għaqlija; Ġużi u s-Sur Ġużè; Qabel magħha.

L-aħħar ġabra ta’ novelli ta’ Dun Anton Sammut li miet fid-9 ta’ Settembru 2013.

Additional information

Weight 250.0000 g
Dimensions 20.5 × 13.5 cm
Publisher
Pages 105
ISBN 978-99932-7-518-3
Cover
Year of publication
Note edizzjoni klabb kotba maltin numru: 264
Author

Product categories and tags

SKU: 9789993275183