Description
Ambrogio u Selene jidhru koppja tal-affari tagħhom. B’qalb nobbli li addottaw tifel: Eliodoro, transesswali. Madankollu, taħt il-qoxra tal-ħajja komda u sinjuruna ta’ dil-familja hemm sigrieti kbar, disturbanti.
Min jobsor x’inhuma l-ġibdiet karnali perversi ta’ Ambrogio? X’inhu l-iskop li dil-familja tħaddem minn taħt porn studio u aġenzija għall-immudellar tat-tfal? X’qiegħed jagħmel Ambrogio fil-mażunerija?
Fl-isfond tal-ġrajja jissemmew l-Illuminati. U l-“Papa”. It-tnejn bit-tir dittatorjali li d-dinja jkollha New World Order. U reliġjon waħda għal kulħadd. Li kellha tieħu post il-Kristjaniżmu. F’din l-Epoka ta’ Ħoru.
Nadifa, tifla Sirjana li tgħix Malta, issib ruħha f’kobba mħabbla ma’ din il-qatgħa ta’ nies ħżiena u mill-agħar. X’se tagħmel biex tiżgiċċa minn ħalq il-lupu u ma tispiċċax bħall-bniet ta’ qabilha?
Rumanz awdaċi li ħadd ħlief Carmel Scicluna ma seta’ kiteb