Description
Fis-Sigriet tas-Senduq tan-Nannu niltaqgħu mal-ġrajja li jgħaddu minnha ħamest itfal wara li tnejn minnhom imorru jqattgħu ftit mill-vaganzi tas-sajf għand in-nannu Ċensu.
Il-ġrajja tibda minn sorpriża li kien ħejjielhom in-nannu u li fl-aħħar twassal għal sorpriża oħra xejn mistennija għalih ukoll!
L-istorja tħallik fuq ix-xwiek kemm għax hija mibnija fuq stil ta’ detective story u kif ukoll għax hija marbuta ma’ avvenimenti li seħħew fl-aħħar Gwerra Dinjija u ma postijiet ta’ dak iż-żmien li xi wħud minnhom għadhom magħna sal-lum.
F’din l-istorja jispikka ħafna s-sens ta’ teamwork u l-għaqal li juru t-tfal meta jiġu biex isibu tarf tal-ħjiel li jorbtu ma’ xulxin u li jwasslu għas-soluzzjoni finali.