Description
Dik li għat-tewmin Kevin u Susan kellha tkun vaganza ta’ tliet ġimgħat għand kuġinuhom Manoel spiċċat f’avventura xejn mistennija għat-tlett itfal.
Fil-Misteru tal-Palazz Viella naraw lil dawn it-tfal jipprovaw isibu tarf tal-ġrajjiet strambi li jseħħu ġewwa dan il-palazz antik. Is-sorpriżi ma jonqsu qatt u magħhom il-perikli wkoll.
It-tfal jiltaqgħu mal-karattri ħelwin ta’ Marija u Charlie. Iżda min kien tassew Joe l-ġardina? Għaliex kien daqshekk maqtugħ għal rasu? X’kienu l-ħsejjes ta’ ġol-palazz u x’kien qiegħed jiġri eżattament fl-irkejjen mistura tal-palazz?
Il-ġrajjiet iwasslu biex it-tlett itfal jagħmlu ħabib ġdid fil-persuna ta’ George. George ikun strumentali biex it-tfal joħorġu mill-perikli u jaslu biex jiskopru l-verità.
Din l-istorja żgur li ser iżżomm lit-tfal li jaqrawha fuq ix-xwiek mill-bidu sat-tmiem.