Description
Dan il-ktejjeb huwa mimli suġġerimenti prattiċi kif kull wieħed għandu jistad għall-ħut l-aktar popolari madwar il-gżejjer Maltin.
Jispjega fid-dettall l-aċċessorji tas-sajd, metodi ta’ sajd differenti mill-art u l-kosta, kif ukoll lixka differenti kemm naturali u artifiċjali u kif għandha tissannar. Insibu ukoll spjegazzjoni ta’ għoqiedi differenti. It-tpinġijiet jagħmluha aktar faċli biex is-sajjied jifhem aħjar kif għandu jipprepara ruħu biex jagħmel sajda tajba. Biex id-delizzju tas-sajd ma jinqeridx, id-dilettant għandu joqgħod attent li ma jaqbadx ħut immatur u għalhekk fl’aħħar taqsima nsibu lista ta’ regolamenti tas-sajd.
Huwa ktieb bżonnjuż għas-sajjieda dilettanti li għadhom jibdew dan id-delizzju tant sabiħ u rilassanti, iżda s-sajjieda stabbiliti għandhom isibu din l-informazzjoni ferm interessanti wkoll.







