Description
Il-bniedem sa mill-bidunett fittex li jkun jaf dwar Alla.
Jekk inħarsu sewwa madwarna naraw li hawn diversi nies li jesprimu t-twemmin tagħhom b’mod differenti u bi twemmin li mhux neċessarjament hu identiku għal dak tagħna. Filwaqt li dawn in-nies jgħinuna napprezzaw il-fidi tagħna, ejjew nieħdu l-opportunità li nsiru nafu dwar twemmin ieħor, u li ngħixu flimkien f’rispett reċiproku kif titlob is-soċjeta kontemporanja li qed ngħixu fiha.








