Insaniam

978-99957-38-67-9
Paperback

In stock

Description

Xi jgħidu fuqu n-nies qatt ma ta kas…imma demmu kien ibaqbaq u kien iħossu se jisplodi meta kien jintebaħ li jaħsbuh miġnun…li jittimbrawh miġnun. Imma kif ħadd ma kien jifhmu? Ħadd ma seta’ jidħol fil-garigori ta’ moħħu, ta’ qalbu, u jifhem…

L-irqad ma għadux il-ħabib tiegħu…Ħsebijiet tqal, li jkidduh, li jxekkluh. X’il-mniefaħ ġara bejnu u bejn martu? Kif ma baqgħetx ir-Rachel ħelwa li jaf hu? Xi ħdura! Kif tbiddlet!!!! U biddlet lilu… Il-‘Jien’ tiegħu se jibqa’ l-istess? Se jibqa’ jagħraf lilu nnifsu? Se jegħleb il-‘jien’ tagħha? Min se jirbaħ fl-aħħar mill-aħħar?

Imgħaddab. Diżilluż. Ħajja bla tama. Dwejjaq kbar. Leħen li jdurlu fil-garigori ta’ moħħu. Li jkiddu, u jkasbru, u jgħakksu. Ma jistax jeħles minnu. Ma jafx kif. Sejba mhux mistennija ssaħħru. Taħfnu. Tbiddillu ħajtu. F’kollox. U għal kollox. issa fl-aħħar ħassu qawwi…xi ħadd…

U int???

U int???

U int???

Iskot u isma’…

Intbaħt bil-ġenn li hemm jitliegħeb fl-irkejjen mudlama u suwed ta’ moħħok?

Ammetti…

Shhhh…iskot…

Shhhh…isma’…

Ħaddnu miegħek bħallikieku hu ħabibek.

Mhux kollox ridt taċċetta?

Mela għannaq li ldan il-ġenn.

Ħallih ikun hu d-dawl li jmexxik…

Ma tridx tibża’ minnu.

Ma tridx tobogħdu.

Imma agħtih il-ħajja…

Stejqru…

Itimgħu…

Itimgħu…

Itimgħu…

U ħallih imexxik… … …

Additional information

Weight 400.0000 g
Dimensions 21 × 14.8 cm
Publisher
Pages 262
ISBN 978-99957-38-67-9
Cover
Year of publication
Author

Product categories and tags

SKU: 9789995738679 Categories: Tags: