Description
Ghaqda tan-Nar San Bartilmew Gharghur. L-Ewwel Centinarju 1910-2010
- Hardcover
- L 25.0 cm x 17.0 cm
- 294 pages
Kelmtejn mill-Awtur
Lejn l-aħħar t’Awissu 2008 ġietni l-idea li nikteb dan il-ktieb fuq l-Istorja tan-Nar fil-Għargħur. Kien il-Kapillan tar-Raħal, Fr Albert Schembri, li ħabbar il-Festa taċ-Ċentinarju tal-Parroċċa ta’ 300 mitt sena u għalhekk mall-100 sena ċentinarju tan-nar fil-Għargħur qiegħed jiġi mfakkar ukoll l-400 sena Parroċċa maqtugħ minn man-Naxxar.
Ix-xogħol kollhu miġbur f’dan il-ktieb jikkonsisti f’ħajja ta’ bniedem namrus ma’ delizzju u kif bniedem jinbena u jissawwar mid-demm ta’ famiiltu jew l-antenati tiegħu f’dak kollu konness mal-festi tagħna l-Maltin.
Ġo raħal żgħir bħal ma’ hu raħli qatt ma tista ma ssemmix l-Istorja tiegħu; in-nies ta’ ġo fih u l-veduti, l-widien u l-ambjent tiegħu.
Daqstant ieħor ma tistax tikteb storja tan-nar, parti minn festa, mingħajr ma semmi kif il-bniedem jissawwar f’namra li tibda mill-Knisja, dak li hu it-twemmin tagħna, x’nemmnu fil-fidi tagħna kif ukoll insemmu parti mill-folklor, festi u tradizzjonijiet marbutin magħna.
Ħadt ħsieb indaħħal xogħol li qatt ma’ deher fil-pubbliku, ruxmata rittratti antiki li qatt ma kienu dehru qabel.
Fil-ktieb se ssibu laqta mill-Gwerra, ftit fuq l-emigrazzjoni u saħansitra anke kif zviluppa ir-raħal pittoresk matul is-sekli, b’hekk tista tgħid li fih minn kollox.
Irrid ngħid ukoll li il-ftit frisk mit-tramuntana ta’ Sqallija ġej fuqi, meta nkun bilqegħda fuq x-zuntier tal-Knisja, spirani aktar fil-profond biex nissendika u nidħol aktar fil-fond ta’ raħal twelidi.
Fejn imbagħad tidħol l-istorja tan-nar, kienet ix-xewqa ta’ ħafna nies biex tinkiteb fi ktieb wieħed u sforz in-namra li għandi għan-nar u għall-raħli dħalt għal dan ix-xogħol. Kif jgħid il-Malti aħjar tard milli qatt.
B’hekk illum inħajjrek biex taqra u tara storja bir-ritratti u xi tagħrif ġenerali miġbur minn ħafna libreriji u kotba dokumentati f’bosta arkivji diversi.
Nawguralek qari rilassanti fejn tista tidħak, imma bil-quddiem ngħidlek li nista’ nqabbiżlek xi demgħa wkoll.