Description
Dan il-ktieb jiġbor fih l-iskrizzjonijiet kollha, fil-biċċa l-kbira miktuba bil-Latin, li jinsabu fit-tielet knejjes ta’ Senglea, dik Parrokkjali Kolleġġjata Bażilika, dik ta’ San Ġiljan u dik tal-Portu Salvu. Kif ippreżentati, dawn l-iskrizzjonijiet jagħtu l-Istorja ta’ Senglea mill-Assedju l-Kbir ta’ Malta (1565) sas-sena 2007, meta l-Knisja Parrokkjali ċċelebrat il-ħamsin sena minn meta ġiet ikkonsagrata mill-ġdid wara l-qerda ta’ l-aħħar Gwerra Dinjija (1942). Huma jagħtu tagħrif ukoll fuq il-Kavallieri ta’ Malta, il-Gran Mastri li kellhom x’jaqsmu ma’ Senglea, il-Papiet u l-Isqfijiet ta’ Malta, il-Kappillani u l-Arċiprieti ta’ Senglea, il-Preposti u l-Patrijiet Oratorjani kif ukoll il-benefatturi ta’ din il-Belt mhux Mirbuħa. Huwa ktieb li jammira poplu kbir li għen biex tinkiteb l-Istorja ta’ Malta.
