Il-Valur u s-Seħer tal-Pjanti

F’kuntest Agroambjentali

Mario Joseph Salerno
9789918260157
Paperback

In stock

Description

Il-Valur u s-Seħer tal-Pjanti: F’kuntest Agroambjentali huwa manwal li jipprovdi informazzjoni lill-bdiewa u lis-soċjetà b’mod ġenerali, u jservi bħala viżjoni għall-kategoriji differenti ta’ ħaddiema involuti f’attivitajiet rurali.

Il-ktieb jittratta varjetà wiesgħa ta’ suġġetti rurali f’din id-dinja globalizzata u modi alternattivi ta’ kif wieħed jilqa’ sfidi futuri ġodda. Il-kwistjoni tas-siġurtà tal-ikel hija kruċjali għall-umanità. Il-bdiewa jistgħu jtejbu l-produzzjoni tal-ikel tagħhom jekk jitgħallmu aktar dwar suġġetti agrikoli ġodda. Dan il-ktieb jirrifletti l-linja ta’ ħsieb l-awtur dwar agrikoltura ta’ kwalità. L-informazzjoni f’dan il-manwal għandha ssaħħaħ il-komunità tal-bdiewa.

Bħala wieħed mill-fundaturi u l-president tal-Moviment għall-Agrikoltura Organika f’Malta, Mario Joseph Salerno ttratta f’dan il-manwal dawk is-suġġetti agrikoli li jikkonformaw mal-prinċipji ta’ saħħa, kura, ekoloġija u ġustizzja. L-għan prinċipali huwa s-sostenibbiltà. Il-futur ta’ stati gżejjer żgħar jiddependi minn kemm wieħed jinvesti f’edukazzjoni agrikola. Il-kunċett ta’ tagħlim tul il-ħajja għandu rwol kruċjali sabiex pajjiż ikollu attivisti ambjentali u bdiewa attivi.

Additional information

Weight 1500 g
Dimensions 21 × 15 cm
Author
Format Paperback
Language Maltese
Publisher
Year of publication 2025
Pages 682
ISBN 9789918260157

Product categories and tags

You may also like…