Description
“Il-Problema tat-Tliet Korpi” huwa l-ewwel ktieb fit-triloġija “Tifkiriet mill-Imgħoddi tad-Dinja”, ta’ Liu Cixin.Imwaqqaf fl-isfond tar-Rivoluzzjoni Kulturali Ċiniża, proġett militari sigriet jibgħat messaġġi fl-ispazju imbiegħed biex jipprova jagħmel kuntatt ma’ ħajjiet ekstraterrestri intelliġenti. Ċiviltá aljena f’xifer l-estinzjoni taqra dan il-messaġġ u tħejji ruħha biex tinvadi lid-Dinja. Sadanittant, fid-Dinja, jissawru għaqdiet differenti. Uħud minnhom jixtiequ jagħtu merħba lil dawn il-qawwiet superjuri u jgħinuhom jaħkmu dinja li għalijhom saret wisq korrotta. Oħrajn lesti biex jissieltu kontra l-invażjoni.






