Il-Politika tal-Perswazjoni

Guido de Marco, Awtobijografija

978-99909-3-132-7
Hardback

Description

Guido de Marco, wiehed mill-politiċi influwenti tul iż-żmien wara l-Indipendenza, aktarx li huwa magħruf l-iktar għas-sehem kbir li ta biex Malta tissieħeb fl-Unjoni Ewropea.

Sadattant, ħidmietu fit-twettieq ta’ Malta ġdida hija iktar sfieqa minn hekk, billi hadem u stinka direttament biex tfasslet il-binja ġdida ekonomika u soċjali ta’ Malta tul medda ta’ 33 sena li fiha serva bħala membru Parlamentari, biex hekk, kif kien xieraq, kompla jaqdi lil pajjiżu bħala President ta’ Malta.

F’dawn it-tifkiriet tiegħu, Il-Politika tal-Persważjoni, de Marco jesponi l-istess sens ta’ nazzjonaliżmu li minnu ddakkru personalitajiet prominenti fl-istorja ta’ Malta. Jikteb dwar l-abbuż tal-poter u l-vjolenza li
kkaratterizzaw ix-xena lokali tul is-snin ta’ amministrazzjoni Soċjalista: il-guri ta’ Cachia Zammit; l-inċidenti tal-15 ta’ Ottubru, 1979; il-qtil ta’ Karin Grech u Raymond Caruana; l-isfida f’Tal-Barrani; u l-frame-up ta’ Pietru
Pawl Busuttil. Dak li jolqtok ukoll huwa s-sehem ewlieni tieghu fil-ħidma li saret biex tinstab soluzzjoni għall-kriżi Kostituzzjonali li kienet inqalgħet wara l-elezzjoni ġenerali tal-1981. Isemmi wkoll meta helisha mill-mewt
fl-2001 waqt żjara statali li kien qed jagħmel fil-Bulgarija; u dak iż-żmien meta Mintoff waqqa’ Gvern Laburista.

Il-ħajja politika ta’ de Marco tinfirex ukoll ‘il bogħod minn xtut Malta, billi serva wkoll fil-hatra ta’ President tal-Assemblea Generali tan-Nazzjonijiet Uniti. L-aqwa, fost ħidmiet oħra, iż-żjara tiegħhu lir-refuġjati
Palestinjani fartijiet okkupati, fejn inqabad bejn in-nar tal-azzarini bejn żgħażagħ Palestinjani u qawwiet Iżraeliti. Isemmi vividament ir-rih ‘fortuna’ ta’ bidla fl-Ewropa; il-laqgħa għolja f’Malta bejn Bush u Gorbachev, li serviet biex temmet il-gwerra bierda; il-waqgħa tal-Hajt ta’ Berlin u ri-unifikazzjoni tal-Ġermanja.

Magħġun f’dawn il-memorji, jixgħel it-twemmin tiegħu f’politika tal-persważjoni. F’Il-Politika tal-Persważjoni tilma l-personalità mlewna ta’ Guido de Marco.

Guido de Marco, Awtobijografija

Additional information

Weight 960 g
Dimensions 24.0 × 15.5 cm
Publisher
Pages 372
ISBN 978-99909-3-132-7
Cover
Year of publication
Author
Language Maltese

Product categories and tags

You may also like…