Godfrey Pirotta: Il-Politika ta’ Ħajti

9789918200726
Hardback

Description

Lil Godfrey Pirotta jafuh ħafna nies. Professur tax-xjenza politika. Għalliem u ħassieb. Riċerkatur, storiku u kittieb. Ambaxxatur u attivist soċjali. Promotur tat-trejdunjoniżmu u l-koperattivi. Ħabrieki fil-volontarjat. Benefattur ta’ eluf ta’ studenti. Persuna li tħobb il-ħajja u tħobb in-nies. L-istorja ta’ ħajtu mhux biss hija mimlija, interessanti u mlewna, imma hija wkoll għajn ta’ ispirazzjoni għall-kotra. Ħajjet Godfrey hija rilevanti għax tħeġġeġ favur dak kollu li tabilħaqq jgħodd u li jagħti sens lill-ħajja, waqt li tbarri l-artifiċjalità li tintossika l-valuri universali u awtentiċi.

Metodoloġikament dan ix-xogħol ma jistrieħx fuq ordni kronoloġika kif normalment huma mfassla l-bijografiji, imma huwa minsuġ fuq ordni tematika. It-temi joħorġu minn tnax-il virtù li fuqhom bena ħajtu l-protagonist tagħna. Il-biża’ u l-kuraġġ. Twemminu. Is-sens ta’ indipendenza. Il-ħtieġa tas-sempliċità. Il-fiduċja fin-nies. Il-pilastru tal-ġustizzja. L-għażla favur il-lealtà. L-impenn tiegħu fis-soċjetà. It-togħma ġentili tal-umoriżmu. L-għatx klubi għat-tagħlim. It-tfittxija għall-verità. L-imħabba għall-ħajja. Ilkoll huma valuri b’saħħithom u profondi; ilkoll imnisslin minn dak li hu tajjeb, pożittiv u sabiħ.

Aktar milli jiftaħ tieqa fuq it-traġitti ta’ ħajjet Godfrey Pirotta, dan il-ktieb iżjed ibexxaq ventilatur fuq id-dinamika ta’ moħħu. Il-filosofija u l-ideoloġija tiegħu huma mgħarbla minn għemilu u d-deċiżjonijiet li ħa fuq medda ta’ sebgħin sena. Kif jaħsibha fuq is-soċjetà? X’inhu għalih il-poter? Għaliex tħabbeb mal-politika? Liema ideali jħaddan u kif laħħamhom fl-għażliet li għamel? X’inhi l-imħabba għalih u kif ipprova jifhem il-verità? Dan huwa xogħol ta’ xjenza politika daqskemm huwa letteratura bijografika. It-tnax-il kapitlu tal-ktieb jesponu l-manifest li fuqu Godfrey fassal u wettaq il-politika ta’ ħajtu.

Additional information

Weight 900 g
Dimensions 24.5 × 17.5 cm
Author
Cover
Publisher
Year of publication
ISBN 9789918200726
Pages 396

Product categories and tags

SKU: 9789918200726 Categories:

You may also like…