George Abela – Qalb in-Nies

(HARDBACK)

978-99957-50-03-9
Hardback

In stock

Description

George Abela, Qalb in-nies. Ktieb ġdid dwar il-President George Abela, mit-tfulija sal-Presidenza. L-istorja ta’ tifel, li ommu u missieru rabbew żewġt itfal oħra li sfaw bla ġenituri fi ċkunithom u li għamel żmien emigrant l-Awstralja mal-familja. George Abela, l-avukat, fl-isport, fit-trejdunjonżimu, fil-politika, fil-volontarjat u President.
President li laqa’ lill-magħrufin u lill-imbikkmin. Għex qalb in-nies. F’qalb in-nies.
Taħt il-lenti ta’ min segwih, ħadem fil-qrib tiegħu jew analizzah. Il-ktieb hu maqsum f’żewġ partijiet. Andrew Azzopardi jikteb ġrajjet il-President wara li ltaqa’ u ddiskuta miegħu diversi temi u esperjenzi li għadda minnhom. Segwih waqt attivitajiet uffiċjali u lil hinn mill-ħidma presidenzjali. Tkellem ma’ nies li jafuh sew, b’kummenti tal-Prim Ministru Joseph Muscat, il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil u l-ex Prim Ministru Lawrence Gonzi li huma ppubblikati fil-ktieb. George Abela, Qalb in-nies, jinkludi wkoll sensiela ta’ papers, minn persuni awtorevoli li janalizzaw il-ħidma li wettaq il-President f’oqsma differenti. Aktar minn 130 ritratt huma inkluzi f’dan il-ktieb li jkopru l-ħajja tal-President mit-tfulija sal-aħħar attivitajiet u inizjattivi li qed jagħmel fil-kariga.

Ixtri kopja tal-ktieb u tkun qed tgħin lill-Malta Community Chest Fund

Additional information

Weight 990.0000 g
Dimensions 24 × 17 cm
Publisher
Pages 286
ISBN 978-99957-50-03-9
Cover
Year of publication

Product categories and tags

SKU: 9789995750039 Categories: Tags: