Description
Gwida Storika madwar iċ-Ċittadella għall-Istudenti tas-Sekondarja
Dak il-ħin infetaħ b’ żaqżiqa l-bieb żghir tas-sagristija tal-Matriċi. Is-sagristija tinsab fil-ġenb ta’ dan it-tempju antik, iddedikat lill-Assunta. Minn hemm ħareġ il-Kanonku, bniedem twil, kemmxejn irqajjaq, liebes is-suttana sewda ta’ kuljum u bil-birittin f’rasu.
Qabad nieżel it-taraġ u, kif wasal isfel, kiser għal taħt il-mina, sewwa sew fejn jinsab il-bieb prinċipali tal-belt jew Bieb l-Imdina, kif kien magħruf fil-qedem il-bieb originali tal-Kastell.









