Il-Mellieħa, L-Istorja tagħha bir-Ritratti

Mellieħa, Its History in Pictures

978-999570114-7
Paperback

Out of stock - Join the waitlist to be emailed when this product becomes available

Description

Għal ħafna sekli, il-Mellieħa kienet raħal maqtugħ għalih fin-naħa ta’ fuq ta’ Malta. Il-ħajja baqgħet pastorali għall-aħħar u għeruq il-bdiewa t’hemmhekk baqgħu marbutin mal-art, imsejsa fuq tradizzjonijiet antiki. Il-melħ li taha isimha, l-għasel mill-imġiebaħ tagħha u l-ħamrija tagħha għanewha b’sorsi diversi ta’ għejxien li baqgħu magħha sa lbieraħ. Qalb il-Madonna tas-Santwarju baqgħet f’qalb kull Mellieħi u jmur fejn imur ikollu jiftakar f’Dik li tant ittamaw fiha missirijietna.

Illum, dan ir-raħal sar belt żgħira, fejn il-bidwi biddel il-moħriet tal-bagħal tiegħu ma’ għodda moderni, fejn il-giren tal-għelieqi tħalltu mal-vilel u mal-lukandi u fejn il-ħajja żagħżugħa mxiet ‘il quddiem usabet orizzonti ġodda li jmorru lil hinn mill-ħitan tas-sejjieħ.

Meta wieħed jixref ħarstu madwar din il-belt żgħira, għadu jitpaxxa b’dawk id-doni sbieħ li bihom Alla sawwarha u żejjinha. Irridu nibżgħu għalihom għax dawn ġew mislufin lilna minn uliedna u rridu ngħadduhomlhom kif tahomlna Hu.

For many centuries, Mellieħa had been a small remote village in the north of Malta. Life remained really pastoral and the farmers’ roots remained embedded in the land, built on old traditions. The salt that gave her her name, the honey from her beehives and her soil enriched her with various livelihood sources that remained with her till yesterday.

Today, this village has grown into a small town, where the farmer has changed his mule-drawn plough into modern equipment, where the corbel huts have mixed with the villas and hotels and where young people have moved forward and found new horizons that go beyond the rubble walls.

When one looks around this small town, one still feels pleased with those beautiful gifts that God has created and adorned her with. We must take care of them for they have been lent to us by our children and we must pass them on to them as He has given them to us.

Additional information

Weight 650.0000 g
Dimensions 17.5 x 24.5 cm
Publisher
Pages 114
ISBN 978-999570114-7
Cover
Year of publication
Note bilingual

Product categories and tags

SKU: 9789995701147